Pjan ta'
Dixxiplament għal Żmien Twil

Issa li lestejt id-dixxiplament għal żmien qasir (Kmandamenti ta' Kristu), kompli bid-«dixxiplament għal żmien twil» billi tuża l-format 3/3 (Tliet Terzi) u l-mistoqsijiet ta' skoperta / il-metodu ta' studju bibliku D.W.E.K. bħala l-għodda tiegħek ta' skoperta biblika. Il-«Lezzjoni Ġdida» se tkun siltiet mill-Bibbja, u nissuġġerixxu li tibda bl-Evanġelju ta' Mark billi tuża l-iskeda elenkata hawn taħt. Meta tlesti Mark, nissuġġerixxu li tkompli f'ktieb ieħor tal-Bibbja jew fi studju tematiku billi tuża siltiet mill-Iskrittura.

22. Aktar mill-Bibbja...

Metodu ta' skoperta biblika D.W.E.K.:

Itlob, imbagħad uża l-mistoqsijiet ta' skoperta biblika flimkien mal-metodu «D.W.E.K.» hawn taħt biex tiddiskuti l-istorja u tikxef it-tifsira tagħha għal ħajjitna:

    • X'jgħid dan il-passaġġ dwar Alla (il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu)?

    • X'nitgħallmu min-nies f'dan il-passaġġ?

    • D.W.E.K. jistaqsi jekk hemmx:

      • Dnub li tevita

      • Wegħda li titlob

      • Eżempju li ssegwi

      • Kmandament li tobdi

Tliet Terzi

Ċirku tal-Knisja