
10: Ibdew id-Dixxipulat fit-Tul
Kura
«Kif int?»
(Aqsam aġġornament qasir, isma', itlob, agħti kuraġġ)
Rendikont bl-imħabba
Agħti kont tal-ubbidjenza tiegħek lejn il-miri ta' «Sajd u Segwi» li fissirt il-ġimgħa li għaddiet. (Mark 1:17)
ADORAZZJONI
Talb, kant, Ċena tal-Mulej, offerta
Viżjoni
Aqra Atti tal-Appostli 2:36-47 u pinġi iċ-ċirku tal-knisja biex twassal il-viżjoni ta' knisja b'saħħitha.
Skrittura
Aqra l-Iskrittura fil-għoli: Mark 1:1-8
Aqra l-Iskrittura għalik innifsek diversi drabi: Mark 1:1-8
Skopri: Itlob, imbagħad uża l-mistoqsijiet ta' skoperta biblika flimkien mal-metodu «D.W.E.K.» hawn taħt biex titkellem dwar l-istorja u tikxef it-tifsira tagħha għal ħajjitna:
X'tgħid din is-silta dwar Alla (il-Missier, l-Iben, l-Ispirtu s-Santu)?
X'nitgħallmu min-nies f'din is-silta?
D.W.E.K. jistaqsi: Hemm...
Dnub li nevitaw?
Wegħda li naqbdu?
Eżempju li nsegwu?
Kmand li nobdu?
Prattika
3 Ċrieki, xhieda ta' 15-il sekonda, jew terġa' tgħid waħda mill-9 stejjer ta' qabel
Iffissar tal-miri
Sajd: Ma' min se taqsam din il-ġimgħa?
Segwi: X'jrid Ġesù li tobdi din il-ġimgħa mil-lezzjoni tal-lum?
Bgħit
Itlob ukoll kif jidderieġik il-Mulej, imma ftakar li tkompli titlob għall-kuraġġ u l-għerf biex taqsam l-Evanġelju u tagħmel dixxipli. Kompli wkoll titlob għal dawk kollha li huma 'l bogħod minn Alla fuq il-mappa tar-relazzjonijiet tiegħek. Itlob għal dixxipli u knejjes tar-raba' ġenerazzjoni. Itlob għall-Ħaddiema. Itlob biex Alla jwettaq il-missjoni tiegħu fi u permezz tal-laqgħa tiegħek sakemm ikun hemm #NoPlaceLeft u Kristu jerġa' jiġi.





